Saturday, May 18, 2024

Sta Lucia se jieħdu post Pembroke Athleta fil-Kampjonat Premier

Aqra wkoll

Wara l-iskadenza tal-1 ta’ Lulju 2022 biex il-clubs japplikaw għal-liċenzja rispettiva tagħhom għall-Istaġun 2022/23, il-Malta FA ikkonfermat li sal-imsemmija data club wieħed, jiġifieri Pembroke Athleta SC, applika għal liċenzja li kienet inqas mill-istatus li club bħal dan kien sportivment intitolat għalih.

Fil-fatt, Pembroke Athleta SC applika għal liċenzja fil-kategorija ‘Amateur’, li tagħti dritt lill-club biex jikkompeti fin-National Amateur League. Dan minkejja li l-club kien sportivment intitolat li jikkompeti fil-Premier League b’liċenzja fil-kategorija ‘Professjonali’.

B’riżultat ta’ dan, għall-Istaġun 2022/23, inħolqu postijiet vakanti fil-Premier League u flċ-Challenge League.

Skond ir-regolamenti applikabbli li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn, kif ikkonfermat mid-deċiżjoni meħuda mill-Bord Eżekuttiv fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2022, dawn iż-żewġ postijiet vakanti se jimtlew minn Santa Luċia FC fil-Kampjonat Premier u Vittoriosa Stars FC fiċ-Challenge League.

Il-proċess tal-liċenzjar se jkun qed jipproċedi skont l-iskedi ta’ żmien stabbiliti peress li l-Bord tal-Liċenzjar tal-Clubs Membri issa jevalwa l-applikazzjonijiet kollha kontra r-rekwiżiti stabbiliti għal-liċenzji rispettivi.

Sport