Saturday, May 4, 2024

Barcelona jiffirmaw lil Franck Kessie

Aqra wkoll

Barcelona ngħataw id-dawl aħdar li jistgħu jibdew jiffirmaw il-players wara li tneħħitilhom il-“prohibition” tal-financial fair play wara li laħqu ftehim mal-kumpanija Amerikana, Sixth Street, li minnu se jibbenifikaw pakkett finanzjarju ta’ €200 miljun.

Proprju t-Tnejn huma ħabbru b’mod uffiċjali li ffirmaw lill-midfielder internazzjonali tal-Ivory Coast, Franck Kessie, wara li ntemmlu l-kuntratt ma’ AC Milan.

Huwa ffirma kuntratt ta’ erba’ snin li fih se jaqla’ salarju ta’ €6.5 miljuni fis-sena.

Sport