Wednesday, April 24, 2024

StartUp Festival Malta 2022 

Christine Mallia Spiteri
Christine Mallia Spiteri
Rapreżentanta Malta Enterprise

Aqra wkoll

StartUp Festival Malta 2022 huwa avveniment li qed jittella għat-tieni sena konsekuttiva u din is-sena ser jkun qed jseħħ ġewwa Villa Bighi fil-Kalkara bejn it-13 u l-14 ta’ Ottubru – ix-xahar id-dieħel.

Kif esperjenzaw dawk li kienu magħna is-sena li għaddiet għal-ewwel avveniment, din ser tkun okkażjoni fejn l-startups u scale ups innovattivi li ibbenefikaw mill-inċentivi tal-Malta Enterprise imma wkoll ħafna kumpaniji oħrajn, flimkien ma stakeholders pubbliċi u privati u konsulenti tan-negozju jiltaqgħu bejniethom f’sessjonijiet ta’ networking u diskussjonijiet fuq l-istage prinċipali.

Christine Mallia Spiteri: Manager – Malta Enterprise

L-istartup festival huwa l-ikbar manifestazzjoni fiżika tal-isforzi kollha tagħna li ilna ngħamlu issa sa mill-2020 taħt is-sub brand StartInMalta fejn il-Malta Enterprise qed taqdi l-irwol ta’ punt ta’ riferiment għal-startups f’isem l-enitajiet differenti tal-Gvern. 

Din is-sena ser nkunu qed nimbuttaw żewġ elementi partikolari. Elementi li fix-xhir u s-snin li għaddew ħareġ b’mod ċar li għandhom bżonn emfasi partikolari:

  • Li nħeġġu iż-żgħażagħ jikkunsidraw l-imprenditorjat bħala karriera u li iktar minn hekk jkollhom ħsieb imprenditorjali
  • Li nġibu investituti li forsi qatt ma ġew Malta biex jpoġġu bilqgħieda ma startups ibbażati f’Malta u jikkunsidraw jinvestu fihom.

Illum qed inneihdu wkoll il-programm uffiċjali fejn ser jkollna żoni differenti fit-terrazzin ta’ Villa Bighi li jgħati fuq il-Port il-Kbir. 

  1. a.Taħlita ta’ eżibizzjoni ta’ startups u esperjenzi teknoloġiċi inkluż AR/VR, tgħalim dwar l-imprenditorjat permezz ta’ logħob diġitali u anke esperjenzi b’rabta ma NFTs etc.
  2. Kif għidna ser jkollna wkoll żona apposta għal-laqgħat bejn startups u business angel investors fejn kumpaniji li għandna f’Malta ser jkunu jistgħu jgħamlu pitching privat tal-ideat tagħhom f’sessjonijiet ta’ 20 minuta għal-kull pitch. 
  3. Kif wkoll l-istage prinċipali fejn ser jkunu għaddejjin panels maħsuba b’konetnut frisk minn kelliema Maltin u wkoll element qawwi internazzjonali – b’ sessjonijiet maħsuba biex jispiraw lill dawk preżenti. Ser jkollna kelliema minn Palo Alto f’Kalifornja sat-Turkija, kelliema minn Helsinki sa Londra – fi kliem ieħor taħlita tajba u pont ma’ ekosistemi ta’ startups internazzjonali.

Biex wieħed jirreġistra biex jattendi għall-StartupFestival kull ma għandu jgħamel hu li jidħol fuq is-sit startinmalta.com 

Sport