Sunday, May 5, 2024

Stennija għal kunċert ta’ “The Priest” għada f’Għawdex

Aqra wkoll

F’Għawdex għada hemm stennija għal kunċert minn “The Priest” li se jitella’ fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra.

“The Priest” huma 3 qassisin li jagħtu kunċert madwar id-dinja tant li għandhom fama mondjali.

Il-kunċert qed isir bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju mill-Inkurunazjoni tal-istatwa titulari tal-Madonna fix-Xagħra 1973 – 2023.

Kienet il-Fondazzjoni Kulturali “JP2” li ħadet l-inizjattiva li tistieden lit-tlett qassisin Irlandiżi biex jagħtu kunċert f’Għawdex. Din hija l-ewwel darba li se jkunu qegħdin ikantaw fil-gżira Għawdxija.

Waqt il-kunċert huma se jkunu qegħdin ikantaw mużika sagra u klassika minn kompożituri differenti.

Sport