Sunday, December 22, 2024

Stephanie Frappart se tirreffja Ingilterra kontra l-Awstralja

Aqra wkoll

Stephanie Frappart se tikkontrolla l-partita ta’ ħbiberija internazzjonali tal-Ġimgħa bejn l-Ingilterra u l-Awstralja, u b’hekk se ssir l-ewwel uffiċjal mara li tissorvelja partita internazzjonali tal-irġiel f’Wembley Stadium.

Il-Franċiża Frappart saret l- ewwel mara li kkontrollat partita tat-Tazza tad-Dinja tal-irġiel fil-Qatar 2022 meta ġiet inkarigata mir-rebħa tal-Ġermanja fuq il-Costa Rica li tal-ewwel reb­ħu 4-2.

Peter Elsworth, il-kap tal-ope­razzjonijiet tar-refereeing tal-FA, qal: “Stephanie hija refe­ree mill-aqwa.

“Aħna kuntenti li hi u t-team tagħha se jieħdu ħsieb il-partita li jmiss tagħna kontra l-Awstralja quddiem folla mibjugħa f’Wembley Stadium u aħna ħerqana li nilqgħuhom fid-dar tal-football Ingliż.”

Ma’ Frappart se jingħaqdu l-assistenti referees, Mikael Ber­chebru u Aurelien Drouet u r-raba’ uffiċjal se jkun Hakim Ben El Hadj, bil-VAR ikun Mathieu Vernice u l-Assistent VAR, Nicolas Rainville jikkomplimentaw il-grupp ta’ uffiċjali kollha Fran­ċiżi.

L-uffiċjal ta’ 39 sena kienet pijuniera għar-referees nisa, meta ħadet it-tmexxija tal-partiti ta’ Ligue 2 u Ligue 1 tal-irġiel fi Franza, kif ukoll kienet l-ew­wel mara li rreffjat fiċ-Champions League u fil-UEFA Super Cup.

Ekonomija

Sport