Saturday, November 16, 2024

Stħarriġ juri li l-PL qed igawdi vantaġġ ta’ 56,000 vot fuq il-PN

Dawk li lesti ma jivvutawx jaqbżu lill-votanti tal-PN

Aqra wkoll

Skont l-aħħar stħarriġ politiku ppubblikat fil-gazzetta maltatoday il-Partit Laburista qiegħed igawdi maġġornanza ta’ kważi 56,461 vot. 

Skont l-istess stħarriġ, f’każ li ssir elezzjoni għada, l-ammont ta’ persuni li ma jivvutawx jaqbeż lil dawk li lesti jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. 

Jingħad ukoll li l-Partit Laburista qiegħed iżomm 77.9 fil-mija tal-votanti tal-aħħar elezzjoni filwaqt li l-Partit nazzjonalista qiegħed iżomm 67.3 fil-mija.

L-istħarriġ juri wkoll li 0.9 fil-mija tal-votanti tal-Partit Laburista lesti li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista filwaqt li 2 fil-mija tal-votanti tal-Partit Nazzjonalista lesti li jivvutaw lill-Partit Laburista.

Jispikka wkoll in-nuqqas ta’ interess fost il-votanti żgħażagħ, dawk bejn is-16-il sena u l-35 sena, bi kważi 40 fil-mija jgħidu li ma jmorrux jivvutaw. Min-naħa l-oħra, fost dawk minn 65 sena ’l fuq hemm biss 7.8 fil-mija li ma jivvutawx, b’55 fil-mija tal-pensjonanti jgħidu li jivvutaw lill-Partit Laburista u 31.1 fil-mija jgħidu li lesti jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.

Ekonomija

Sport