Saturday, December 21, 2024

“Strieħ fis-sliem pupa … se nimmissjaw id-daħka ħelwa tiegħek u l-ħila li kellek fil-kċina”

Aqra wkoll

“Għaziza Kacey strieħ fis-sliem pupa! Xokk kbir ħadt dalgħodu b’din laħbar kerha! Eks studenta tiegħi….” Iddikjarat dan waħda mill-għalliema tal-aħħar vittma ta’ inċident tat-traffiku f’pajjiżna. Hija fakkret dwar kemm Kacey kienet studenta brava fit-tisjir u li hi u kollega tagħha kienu jinsistu li hi kellha tilħaq chef. “… U bdejt tistudja l-ITS! Se nimmisjawk u niftakruk b’dik id-daħka ħelwa”, tenniet tgħid. 

Kompla jitkellem dwar l-aspirazzjonijiet tagħha fil-kċina, il-Ministru għat-Turiżmu li Clayton Bartolo li filwaqt li fakkar dwar kemm kienet attiva bħala żagħżugħa fejn jidħlu attivitajiet tar-raħal, fakkar ukoll dwar il-miri ambizzjużi li kellha.

“Ftit ilu waqt żjara fl-ITS tkellimt ma’ Kacey dwar il-karriera li xtaqet taqbad fit-turiżmu u dwar l-importanza tal-attiviżmu żagħżugħ fil-komunità”, żied jgħid Bartolo.

Ekonomija

Sport