Saturday, December 21, 2024

Studenti minn l-MBO College Poort f’Olanda jżuru l-iskola nazzjonali tal-isport f’Pembroke

Aqra wkoll

Grupp ta’ studenti mill-iskola Sport & Bewegen MBO College Poort fl-Olanda kienu mistiedna l-iskola nazzjonali tal-isport, f’Pembroke, sabiex jipparteċipaw u jaqsmu l-esperjenzi li jsiru fl-iskejjel.

Kulleġġi fejn l-għan prinċipali huwa l-isport. Dawn l-istudenti żaru l-postijiet fejn isir it-taħriġ tat-tfal u kellhom ċans jitkellmu ma diversi studenti, kowċis minn kull dixxiplina kif ukoll għalliema minn suġġetti varji.

L-MBO College Poort huwa kulleġġ fejn jispeċjalizza aktar f’korsijiet, studju kif ukoll xogħlijiet relatati ma l-isport. Preżenti għal din iż-żjara kien hemm l-uffiċjal ta’ l-edukazzjoni fi ħdan l-edukazzjoni fiżika Kevin Azzopardi, is-surmast tal-iskola nazzjonali tal-isport Robert Magro kif ukoll il-konslu onorarju għall-Olanda f’Malta Lord Eric De Haan li anke għamel diż-żjara ta’ tagħlim possibbli.

Is-surmast ta’ l-iskola Robert Magro tkellem dwar l-importanza ta’ żjarat bħal dawn sabiex nibqgħu nsaħħu u ntejbu l-opportunitajiet għal ġid ta’ l-istudenti/atleti li jattendu l-iskola nazzjonali tal-isport.

Ekonomija

Sport