Sunday, November 24, 2024

Suċċess ieħor għal Matthew Azzopardi barra minn xtutna

Aqra wkoll

Suċċess ieħor għall-atleta żagħżugħ Matthew Azzopardi hekk kif matul l-EKAG 2024 irnexxielu jissettja PB ġdid b’ħin ta’ 10 sekondi ta’ 4:09.58 li kien tajjeb ukoll biżżejjed biex jikser ir-rekord Nazzjonali preċedenti ta’ 4:13.45. Il-ħin tiegħu kien tajjeb ukoll biżżejjed biex jikser ir-rekord tal-kampjonat stabbilit miċ-champion Ewropew tal-U18-il sena Jakub dudychka li kien dak ta’ 4:14.99.

It-tellieqa tal-1500m kienet ikkontestata minn aktar minn 40 atleta.

Dan filwaqt li aktar minn 2500 atleta ħadu sehem fil-kampjonati.

Huwa rnexxielu jirbaħ l-aqwa prestazzjoni ġenerali għas-subien li twieldu fl-2009.

F’din il-kompetizzjoni minn (2021-2024) irnexxielu jwaqqaf żewġ rekords nazzjonali, żewġ rekords tal-kampjonat, waqt li rebaħ tliet midalji tad-deheb u midalja tal-fidda.

Kienet ukoll l-aqwa prestazzjoni għal subien imwielda fis-snin 2022 u 2024.

Dan kien possibbli biss bl-għajnuna tal-kowċ tiegħu Kevin Galea li fi ftit xhur biss wara injury twila għenu jwettaq dak li xtaq, fejn huwa kien biss ma’ Kevin għal parti minn din is-sena, il-klabb tiegħu La Salle li għenu wkoll matul dan il-vjaġġ, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-ġenituri tiegħu u l-familja tiegħu wkoll li kellhom rwol strumentali fl-iżvilupp tiegħu kemm fil-korsa kif ukoll barra minnha.

Sport