Sunday, November 3, 2024

Ta’ 16-il sena ħarġitlu l-lymphoma… sitt snin wara issa jħares ‘il quddiem bit-tbissima

Aqra wkoll

Għal dawn l-aħħar jiem, Puttinu Cares bdew jaqsmu numru ta’ esperjenzi li għaddew minnhom kemm tfal kif ukoll adulti.

Dalgħodu huma qasmu l-istorja ta’ Daniel, ġuvni li meta kellu 16-il sena ħarġitlu l-lymphoma, tip ta’ kanċer.

Minħabba f’hekk, huwa sfortunatament kellu jieqaf mill-iżjed sports li tant kien iħobb peress li kien jilgħab bħala goalkeeper.

B’mod ħesrem kellu jħalli pajjiżna biex imur l-Ingilterra għat-trapjant tal-mudullun, iżda sfortunatament ma rnexxix u ġie bżonn it-tieni trapjant tal-mudullun mingħand ħuħ stess.

Sitt snin wara, illum Daniel għandu 22 sena u jħares ‘il quddiem bit-tbissima.

Jekk tixtieq tgħin nies oħra bħal Daniel, fil-Ġimgħa l-Kbira aħseb f’Puttinu fil-maratona ġbir ta’ fondi li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni. 

Bl-għajnuna tiegħek, Puttinu Cares se jkun jista’ jagħti għajnuna lil aktar pazjenti li jkollhom bzonn isiefru l-Ingilterra għall-kura.

Sport