Winifred Pinner ta’ 98 sena minn Birmingham fir-Renju Unit għamlet l-ewwel tattoo f’ħajjitha biex tfakkar lin-nepputi tagħha li lejn l-aħħar tas-sena l-oħra wettaq suwiċidju.
Waqt li kienet qiegħda tagħmel t-tattoo qalet li qatt ma kienet ħasbet li se tasal biex tagħmel dan, iżda tixtieq li permezz ta’ din l-inizjattiva jinġabru fondi għal għaqda tal-karità li tgħin persuni bid-dipressjoni.
Fil-fatt in-nepputi Jamie kien wettaq suwiċidju f’Settembru li għadda fl-età ta’ 34 sena. Fl-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu hu kien qiegħed ibati minn dipressjoni u għalhekk kien qiegħed jingħata l-għajnuna xorta waħda wettaq dak li wettaq.
Jamie hu missier ta’ tifel u kemm-il darba kien jitkellem ma’ Pinner dwar dak li kien għaddej minnu u kemm hi kerha d-dipressjoni. “Fl-Ewwel tas-Sena kont waħda naħseb fih… u f’daqqa waħda bdejt nidħak u għet irrid nagħmel tattoo biex fil-ftit żmien li baqali ħajja ma ninsa qatt lin-nepputi. Fil-fatt ktibt ismu f’qalb b’tattoo,” qalet Pinner filwaqt li appellat biex min jista’ jagħti fondi għal organizzazzjoni tal-karità.