Wednesday, December 25, 2024

Ta’ kuljum iżur Rainbow Ward u jgħid ir-rużarju mat-tfal u l-ġenituri

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Persuna li tagħti dak kollu possibbli u li taħdem fis-skiet ħaqqha tassew kliem ta’ ringrazzjament. 

Persuna minn dawn hija proprju Fr Mario Attard li ta kuljum, b’dedikazzjoni kbira, iżur Rainbow Ward u jingħad ir-Rużarju Imqaddes flimkien mat-tfal u l-ġenituri.

F’ritratt li ttella’ fuq il-paġna ta’ Puttinu Carers, irringrazzjaw tat-tberik u tat-tbissima, liema tbissima għadha tispikka f’għajnejh minkejja li hija moħbija minħabba l-maskra. 

Dan il-ġest ġie milqugħ minn ħafna pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar biex jieħdu t-trattament tagħhom. Fil-fatt iddeskrivewh bħala persuna li tassew huwa ddedikat, filwaqt li oħrajn osservaw li anke f’ward oħra tal-Onkoloġija ġieli jmur jagħmlilhom xi quddiesa.

F’intervista li kien għamel ma’ dan is-sit, huwa qal li jissejjaħ Fra għax huwa ħu kulħadd; l-ewwel tal-pazjenti, imbagħad tal-familjari tagħhom, imbagħad tal-istaff kollu kemm fis-swali u anke barra s-swali ta’ Sir Anthony Mamo.

Disa’ snin ilu Fr Mario kellu attakk tal-qalb u problema fil-mudullun u b’miraklu baqa’ ħaj. Biss żgur li ma jħallix dan jaqtalu qalbu għax dlonk tarah fil-kurriduri tal-Isptar, bit-tbissima tipika tiegħu filwaqt li jagħti ftit wens lil dawk li tassew għandhom bżonn.

Ekonomija

Sport