Sunday, October 27, 2024

Ta’ Xbiex huma ċ-champions tat-tielet edizzjoni tan-Nestle Ice-cream Beach Soccer League

Aqra wkoll

Ta’ Xbiex huma ċ-champions tat-tielet edizzjoni tan-Nestle Ice-cream Beach Soccer league meta fil-finali quddiem numru sabiħ ta’ spettaturi għelbu lic-Champions renjanti AFM bl-iskor ta’ 3-2 f’partita kombattuta u bilanċjata sal-aħħar fi Pretty Bay B’Bugia. Kienu AFM li fetħu l-iskor wara seba’ minuti logħob minn Dylan Caruana biex Ayoub Ahmad naqqas l-iskor żewġ minuti minn tmiem l-ewwel sessjoni biex b’hekk is-sessjoni għalqet f’paritá ta’ 1-1.

Fit-tieni sessjoni rajna ħafna logħob milgħub ‘il fuq u ‘l isfel, diversi attakki u konklużjonijiet però ma rajna l-ebda goal. It-tielet u l-aħħar sessjoni kienet strumentali għal Ta’Xbiex hekk kif wara li skurjaw AFM mill-ewwel u dopjetta personali għal Dylan Caruana, irrispondew darbtejn Ta’ Xbiex permezz ta’ Toni Barbara u doppjetta personali oħra minn Ayoub Ahmad għal skor finali ta’ 3-2.  Ta’ Xbiex kellhom wirjiet pożittivi matul il-logħbiet kollha u fir-round preliminari kienu rebħu tnejn kontra Għargħur Beach Boys 11-4 u La Playa De Arena 8-4 u tilfu tnejn kontra AFM 5-4 u Mgarr Utd 11-7.

Ta’ Xbiex spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp B wara AFM biex fil-kwarti tal-finali għaddew meta għelbu lis-Siggiewi FSL 5-3. Fis-semi-finali, Ta’ Xbiex għamlu dak li kienu tilfu fir-round preliminari kontra Mgarr Utd u rebħu 11-5 biex b’hekk issiġillaw il-post tagħhom fil-finali.

Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-trofew taċ-champions tan-Nestle Ice-Cream Beach Soccer mill-president tal-MFA Bjorn Vassallo, president tal-MBSA Pio Vassallo, Chief Commercial Officer Nectar Ltd aġenti tan-Nestle Carlos Abela flimkien ukoll mad-direttur tal-beachsoccer fi ħdan l-MFA Mark Marlow fejn ġew preżentati tliet unuri oħra abbinati ma’ dan il-kampjonat:

Best Goalkeeper – Matthew Xerxen – Playa De Arena

Top Scorer b’16-il goal – Ayoub Ahmad – Ta’ Xbiex

Best Player – Brandon Lee Bray – Mġarr Utd

Sport