Saturday, December 21, 2024

“Tabib tal-familja b’xejn għal dawk ‘il fuq minn 60 sena” – Bernard Grech

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dr Bernard Grech qal ukoll li mhux se jkun aċċettat żvilupp bl-iskuża tas-solar farms fuq art agrikola. Qal li l-PN jemmen f’enerġija alternattiva imma dan irid isir fuq art użata diġà, fuq art żdingata, jew skejjel jew bini ieħor u anke fuq bini pubbliku fost oħrajn.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħti bonus li jammonta għal €14-il miljun li jitqassam fuq il-frontliners kollha. Dan filwaqt li qed jipproponi aktar flessibilità fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema kollha mhux biss mingħandu tfal żgħar imma min irid jieħu ħsieb il-qraba, anzjani, jistudja jew jitħarreġ.

Huwa ħabbar ukoll li mal-ewwel budget ta’ Gvern Nazzjonalista se jestendu l-massimu tat-tax bracket tal-25% minn €60,000 għal €80,000 b’mod li tħallilek sa €2,000 kull sena aktar fil-but tiegħek.

Qal ukoll li se jwaqqfu unit speċjalizzata li taqdi l-bżonnijiet ta’ riċerka ta’ due diligence għal nutara, accountants, avukati u professjonsiti oħra li jiġu bżonnha bil-liġi jew fil-professjoni tagħhom.

Saħaq illi Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li l-anzjani tagħna jkollhom l-aħjar kura tagħhom, għand it-tabib tal-għażla tagħhom mingħajr ħlas. “Qed nippoponu li t-tabib tal-familja jkun b’xejn għal dawk kollha ‘l fuq minn 60 sena.”

Ekonomija

Sport