Saturday, May 4, 2024

ARA: Isofri ġrieħi ħfief wara li nqaleb bil-karozza fil-Fgura

Aqra wkoll

YouTube video

Wara ħidma kollaborattiva bejn l-awtoritajiet kollha li taw l-ewwel għajnuna, Triq Ħaż-Żabbar infetħet mill-ġdid għat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 a.m meta raġel ta’ 60 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq karozza Peugeot 207 meta ħabat f’kaxxa tal-ittri u konsegwentament inqaleb.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard irriżulta li sofra minn ġrieħi ħfief.

Aktar qabel: Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku wara inċident stradali li seħħ tard ilbieraħ filgħaxija.

Fil-post issejħu l-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza u tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna.

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li l-karozza ħabtet f’kaxxa tal-ittri li mad-daqqa nqalet minn postha u konsegwentament l-karozza wkoll ġarrbet ħsarat estensivi.

F’dan l-istadju mhux magħruf kemm kien hemm persuni fil-karozza meta seħħ l-inċident u lanqas il-kundizzjoni tagħhom.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport