Wednesday, December 25, 2024

Table-tennis Parkinson’s: Riżultati mħallta fil-Kampjonati Dinjija fi Slovenja

Aqra wkoll

Hekk kif bdiet il-fażi eliminatorja tal-Kampjonati Dinjija tal-Ping Pong Parkinsons li qed isiru f’Lasko fis-Slovenja, il-plejers Maltin kellhom riżultati mħallta.

Aħbar pożittiva hi li l-plejer Maltija Anna Tabone għandha midalja garantita meta għaddiet għas-semifinali tad-doubles tan-nisa meta flimkien mal-kollega tagħha Anita Schultz mill-Ġermanja għelbu lill-koppja Pollakka Ewa Kerntope u Iwona Salak 3-1.

Mill-banda l-oħra, Adrian Casha lagħab mas-Sloven Marjan Vitanc u flimkien għelbu lil Jurgen Zender u Maik Guhmann 3-2 u aktar tard lil Hubert Rokhoten u Heiko Rauhmal tal-Ġermanja 3-0 sabiex illum se jilagħbu fis-semifinali.

Fil-kategorija indiviswali tal-irġiel, Frans Barbara avvanza għall-kwarti tal-finali wara li għeleb lis-Sloven David Vivod 3-2 filwaqt li Adrian Casha u Ralph Accarino tilfu l-logħba tagħhom kontra Thorsten Wotrich (0-3) u Drazen Nofta (1-3).

Aktar tard, Barbara tilef il-fażi tal-aħħar tmienja meta safa’ eliminat minn Joachim Oetken tal-Ġermanja 3-0.

Finalment, Adrian Casha kien involut ukoll fil-fażi tal-aħħar sittax tal-mixed doubles flimkien ma’ Anna Tabone li tilfu l-logħba tagħhom kontra l-koppja Ġermaniża Reinhard Kaltenegger u Cornelia Solberg 3-2.

Ekonomija

Sport