Friday, September 20, 2024

Takehiro Tomiyasu mhux se jitlaq lil Arsenal

Aqra wkoll

Minkejja diversi xnigħat, Arsenal mhux qed jaħsbu biex ibigħu lid-difensur internazzjonali Ġappuniż Takehiro Tomiyasu. Il-plejer ta’ 25 sena kien qed jissemma’ li f’Jannar jaf jiċċaqlaq u eventwalment jitlaq minn Londra.

Minkejja kollox, il-kowċ tal-Gunners Mikel Arteta jinsab kuntent bil-progress ta’ dan il-plejer u sostna li hu parti importanti mill-metodu tattiku tiegħu.

Tomiyasu ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2021 fejn lagħab 64 logħba u skorja żewġ gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport