Wednesday, July 24, 2024

Tal-Ġilju u ta’ Santa Marija tal-Imqabba jingħaqdu f’wirja dwar l-armar

Aqra wkoll

Illum fl-iskola Primarja tal-Imqabba bejn id-9.00am u nofsinhar wieħed jista’ jgawdi wirja dwar l-Armar tal-Festi liema wirja qegħdin jieħdu sehem fiha kemm dawk ta’ Santa Marija kif ukoll l-Għaqda Madonna tal-Ġilju.

Din qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba flimkien mar-Reġjun tal-Punent.

F’din il-wirja wieħed jista’ jara diversi biċċiet ta’ skultura indurati, bandalora bil-pittura li jintramaw fil-jiem tal-festa. Aktar minn hekk wieħed se jkun jista’ josserva xogħol li għandu għaddeja, bħal xogħol ta’ żebgħa fuq pedestall stil Venezjan, skultura li qiegħda tiġi indurata, tixlil ta’ drapp tal-pavaljuni u ħdim ta’ liedna.

Wieħed jista’ jara wkoll statwa minjatura ta’ Santa Marija li tintuża għall-Festa Tfal fix-xahar ta’ Awwissu.

Ekonomija

Sport