Wednesday, March 27, 2024

Taljan imut traġikament wara li jinqaleb forklifter fuqu

Aqra wkoll

Taljan ta’ 68 sena tilef ħajtu traġikament f’inċident f’impjant li jinsab fiż-Żona Industrijali ta’ Birżebbuġa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15 a.m.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li r-raġel għal xi raġuni nqaleb bil-forklifter u ġie fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport