Wednesday, April 24, 2024

Surfer jgħib wara li jisfa attakkat minn kelb il-baħar

Aqra wkoll

Surfer huwa maħsub li nqatel f’attakk minn kelb il-baħar aktar kmieni llum ’il barra mill-kosta fil-Lbiċ tal-Awstralja wara li għeb.

Il-Pulizija qalu li nstabet surfboard fil-Bajja ta’ Wylie viċin il-belt ta’ Esperance, bil-pulizija għaddejjin b’operazzjoni ta’ tiftix għar-raġel li kien qed jużaha.

Xhieda li kienu fuq il-post ċemplu lill-pulizija fejn irrapportaw li kienu raw kelb il-baħar jattakka persuna.

Tfajla ta’ 17-il sena kienet inqatlet fl-istess bajja f’attakk minn kelb il-baħar fl-2017.

Fl-2014, raġel ta’ 23 sena wkoll safa attakkat minn kelb il-baħar fl-istess bajja, u kaġun tal-attakk kien tilef idejh.

F’Jannar li għadda bugħaddas ta’ 57 sena nqatel f’attakk minn kelb il-baħar ’il barra minn Esperance, u baqa’ qatt ma nstab mill-awtoritajiet.

Sport