Wednesday, April 24, 2024

Il-Bank of Valletta mistenni jitlef l-uniku bank ta’ korrispondenza fid-dollaru Amerikan

Aqra wkoll

Il-bank Awstrijakk Raiffeisen Bank Internation irid li jtemm is-servizzi li joffri lill-Bank of Valletta f’dawk li huma transazzjonijiet fid-dollaru Amerikan.

Kien il-BOV li kkonferma dan fi stqarrija, fejn qal li l-bank Awstrijakk kien informa lill-bank Malti li qed ifittex li jwaqqaf dan is-servizz mill-31 ta’ Marzu tas-sena li ġejja.

Raiffeisen Bank huwa l-unika bank internazzjoni li joffri transazzjonijiet f’dollari Amerikani lill-Bank of Valletta.

Is-sena li għaddiet il-bank Olandiż ING kienet waqqfet is-servizzi tagħha mal-Bank of Valletta wara deċiżjoni li kien ħa biex iwaqqaf relazzjonijiet ma’ ġurisdizzjonijiet żgħar meqjusin li huma wisq riskjużi.

Id-deċiżjoni ta’ ING kienet wasslet lill-BOV biex tiftaħ kontijiet f’dollari Amerikani mal-bank Raiffeisen.

Intant il-BOV qal li jinsab f’diskussjonijiet ma’ Raiffeisen Bank rigward ir-relazzjoni kurrenti ta’ correspondent banking fid-dollaru Amerikan bil-għan li jinstab qbil biex din ir-relazzjoni titkompla. 

Il-Bank qed jikkunsidra wkoll soluzzjonijiet alternattivi biex jiddiversifika l-mezzi disponibbli għall-ħlas fid-dollaru Amerikan.

Sport