Sunday, December 1, 2024

Tarbija ta’ ħames xhur tmut wara li mara saqet fuq bankina f’Playa Blanca

Aqra wkoll

Tarbija ta’ ħames xhur spiċċat mietet kif ukoll diversi persuni oħrajn spiċċaw midrubin hekk kif mara saqet fuq bankina b’veloċità fir-resort turistiku ta’ Lanzarote f’Playa Blanca.

Ġurnali li qegħdin jirrapportaw dak li ġara lbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm qalu li t-tarbija hija ta’ nazzjonalità Ingliża, iżda s’issa ma kien hemm xejn ikkonfermat mill-pulizija.

Mill-inqas żewġ nisa jinsabu fil-periklu tal-mewt u diversi oħrajn kellhom jittieħdu l-isptar għal kura. Jirriżulta li s-sewwieq mara kienet qiegħda tgħid lil pulizija li kellha problemi f’steering u għalhekk tilfet il-kontroll tal-vettura.

Kelliem għall-pulizija tal-lokal qal li l-investigazzjoni għadha fil-bidu tagħha, iżda kollox jindika li dan ma kienx attakk terroristiku.

“Nista’ nikkonferma li tarbija ta’ ħames xhur hija vittma f’dan l-inċident u l-isptar hemm diversi persuni oħrajn fejn mill-inqas żewġ nisa jinsabu fil-periklu tal-mewt,” qal il-kelliem tal-Pulizija ta’ Lanzarote.

Sport