Ġiet fi tmiemha l-esperjenza tal-kowċ Jesmond Zammit fit-tmun ta’ Xewkija Tigers. Il-kuntratt ta’ Zammit mat-tim Għawdxi intemm propju mat-tmiem l-istaġun bl-stess kowċ jinforma lit-tmexxija tal-klabb li ma jixtieqx jkompli staġun ieħor.
Ma’ Xewkija Tigers, Zammit, fuq żewġ perjodi fit-tmexxija, rebaħ xejn anqas minn 7 unuri bl-aħħar wieħed ikun ir-rebħ tal-GFA Knockout 1 Diviżjoni ftit tal-ġimgħat ilu.
Huwa mifhumm li Zammit jisnab fil-mira ta ‘ klabbs fl-ogħla diviżjonijiet tal-futbol Malti u fil-ġimgħat li ġejjin jista jkun jiddeċiedi l-pass li jmiss fil-karriera tiegħu.

