Sunday, October 6, 2024

Tasal fil-Libja l-Lanċa P61 tal-Forzi Armati ta’ Malta

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat għadha kif waslet f’Benghazi fil-Libja, il-lanċa P61 tal-Forzi Armati ta’ Malta  b’73 uffiċjal Malti abbord

Dan tħabbar f’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri, fejn qal li bħalissa qed jinħattu l-għodda li kien hemm mgħobbija fuq l-istess lanċa. 

Żied jgħid li issa l-pass li jmiss huwa li jivjaġġaw lejn Derna, fejn hemmhekk ikunu jistgħu jkompluu l-ħidma ta’ salvataġġ. 

Nhar il-Ħadd li għadda, il-maltempata Daniel laqtet il-pajjiż. Dan wassal biex l-awtoritajiet jiddikjaraw stat ta’ emerġenza, hekk kif kien hemm eluf ta’ persuni huma maħsuba mejta u bosta oħra rrapurtati nieqsa

Sport