Saturday, November 23, 2024

Tasal l-ewwel indikazzjoni li l-vaċċin kontra l-coronavirus jidher li ħadem

Aqra wkoll

Kumpanija tal-farmaċewtika li attwalment qed tagħmel testijiet fuq vaċċin, qed tisħaq li mill-ewwel indikazzjonijiet li għandha persuni li ngħataw il-vaċċin tagħha rabbew antibodies kontra l-virus.

Moderna qalet li dawn l-antibodies instabu fl-ewwel tmien persuni li ħadu sehem fit-testijiet immexxija minnhom.

Testijiet fuq firxa akbar ta’ nies biex jiġi determinat jekk il-vaċċin verament jipproteġix lil persuni minn infezzjoni tal-Covid-19 se jkunu qed jinbdew f’Lulju li ġej.

Moderna kienet l-ewwel kumpanija li wettqet etstijiet sperimentali ta’ vaċċin kontra l-coronavirus fuq persuni.

Minkejja li fl-ewwel test kienu pparteċipaw 45 persuna, s’issa l-kumpanija wettqet testijiet fuq tmien persuni biss biex jaraw jekk rabbewx l-antibodies meħtieġa kontra l-virus.

Sport