Sunday, May 5, 2024

“Telfa kbira fuq ħafna livelli… għal Steven, il-klijent kien l-ewwel” – il-Kumpanija Go dwar Steven Sargent

Aqra wkoll

“Meta kienet tinqala’ xi ħsara, hu kien ikun minn tal-ewwel mat-tim tiegħu biex jerġa’ iġib is-servizz lura fl-iqsar żmien. Għal Steven, il-klijent kien l-ewwel.”

Kien b’dan il-mod li l-kumpanija Go sellmet il-memorja ta’ Steven Sargent, li kien uffiċjali għoli tal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO.

Sfortunuatament huwa r-raġel ta’ 42 sena mill-Gudja li lbieraħ tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja. 

Filwaqt li qalet li din hija telfa kbira fuq ħafna livelli, il-kumpanija Go qalet li Steven kien bniedem intelliġenti.

Filwaqt li t-telfa tiegħu se tinħass ħafna, il-kumpanija fakkret fl-impatt tal-kontribut tiegħu biex imexxi l-proġett biex Malta tkun minn tal-ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li jkollha s-servizz ta’ fibre network mal-pajjiż kollu fit-tliet snin li ġejjin.

Il-kumpanija qalet li huwa kien ukoll għalliem naturali b’passjoni kbira biex jgħallem lil ħaddiehor u qatta’ għadd ta’ sigħat jappoġġja lit-tim tiegħu fejn għenhom biex jitgħallmu u jikbru biex ikollhom futur sabiħ.

Sport