UEFA EUROPA LEAGUE
Toulouse v Liverpool – Liverpool kellhom bżonn rebħa biex jaċċertaw il-kwalifikazzjoni għall-Aħħar 16 ta’ din il-kompetizzjoni.
Iżda marru għand Toulouse u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2.
Ir-Reds laqtu l-lasta minn Joe Gomez fil-bidu iżda dik li dehret li kienet se tkun passiġġata … spiċċat f’diżastru.
It-tliet goals waslu minn Aron Donnum (36), Thijs Dallinga (58) u Frank Magri (76) filwaqt li Liverpool skorjaw minn auto-goal ta’ Cristian Casseres (74) u minn Diogo Jota (89).
Fis-96 minuta Liverpool skorjaw iżda ġie mħassar għal handball ta’ Alexis MacAllister.
Slavia Prague v Roma – Slavia Prague fetħu beraħ Grupp G meta għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Vaclav Jurecka (50) u Lukas Masopust (74).
Roma jridu rebħa biex jgħaddu mal-Aħħar 16.
Ajax v Brighton – Minn Grupp A, Brighton għamlu pass kbir biex ikomplu javvanzaw meta barra minn darhom għelbu lil Ajax bl-iskorers ikunu Ansu Fati (15) u Simon Adingra (53).
Qarabag v Leverkusen – Bayer Leverkusen marru għand Qarabag u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn penalty ta’ Victor Boniface (94).
West Ham v Olympiakos – West Ham għelbu lil Olympiakos bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal minn Lucas Paqueta (72).
Rangers v Sparta Prague – Rangers kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Sparta Prague, bl-iskorers għall-Iskoċċiżi jkunu Danilo (12) u Todd Cantwell (20). Lukas Haraslin (77) naqqas il-marġni tal-iskor għaċ-Ċeki.
Atalanta v Sturm Graz – Atalanta kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Sturm Graz, bil-goal uniku għall-Bergamaschi jasal minn Berat Djimsiti (50).
UEFA CONFERENCE LEAGUE
Cucaricki v Fiorentina – Fiorentina, barra minn darhom għelbu lil Cucaricki bl-iskor ta’ 1-0 biex telgħu fil-quċċata ta’ Grupp F. L-uniku goal wasal minn penalty ta’ M’Bala Nzola (8).
PAOK v Aberdeen – Minn Grupp G, PAOK ikkwalifikaw meta spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Aberdeen li sfaw eliminati.
Il-goals waslu minn Duk (14) u Jamie McGrath (70) għall-Iskoċċiżi filwaqt li Taison (23) u Ally Samatta (67) wieġbu għall-Griegi.
Aston Villa v AZ Alkmaar – Aston Villa għelbu lil AZ Alkmaar bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għal Villa jaslu minn Diego Carlos (61) u Ollie Watkins (81). Vangelis Pavlidis (52) kien fetaħ l-iskor momentarjament għall-Olandiżi.
Helsinki v Eintracht F. – Eintracht Frankfurt kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Helsinki, bil-goal waħdieni għalihom jasal minn Fares Chaibi (31).