L-uniku rappreżentanta Maltija fil-Kampjonati Ewropej tal-Juniors tal-weightlifting, Tenishia Thornton ikkompetiet fil-finali tal-kategorija 59kg. Dawn il-kampjonati qed isiru f’Bucharest, ir- Rumanija.
Tenishia kellha bidu tajjeb fil-porzjon tal-iSnatch b’refgħa inizjali ta’ 81kg, li kienet biżżejjed biex tegħleb lil atleti ta’ Franza, il-Ġermanja, l-Iżvezja, ir-Rumanija, in-Norveġja u r-Repubblika Ċeka. Fit-tieni tentattiv tagħha Tenishia refgħet 83kg u rnexxielha taqbeż lill-Polonja u lil Spanja. Sfortunatament għal Tenishia falliet it-tielet u l-aħħar tentattiv tagħha ta’ 85kg. Ghallek spiccat fis-sitt post, bil-midalji tal-isnatch jmorru għand l-Ukrajna u l-Italja.
Fil-Clean and Jerk Tenishia sabet xi diffikultajiet waqt il warming-up tagħha hekk kif ħasset xi uġigħ fl-irkoppa. Għalhekk bdiet bir-refgħa ta’ 100kg iżda tilfet l-ewwel tentattiv tagħha. Aktar determinata terġa’ tmur għal 100kg iżda din id-darba Thornton ma fallietx. Din ir-refgħa kienet ferm importanti sabiex terġa’ tpoġġiha fuq fil klassifika. Tenishia marret għal 2kg aktar iżda ma sfurzatx iżżejjed u għalhekk ikkonkludiet il-kompetizzjoni b’total ta’ 183kg li poġġiha fis-seba’ post.
Dawn il-kompetizzjonijiet ma jkunux possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.