L-Ispanjol Carlos Alcaraz għeleb lis-Serb Novak Djokovic biex żamm it-titlu tal-Open ta’ Wimbledon.
Din il-finali kienet ripetizzjoni tas-sena li għaddiet hekk kif Alcaraz kien ħareġ rebbieħ 3-2.
Din id-darba huwa għeleb lil Djokovic 6-2 6-2 7-6 (7-4).
“Onestament, hija ħolma għalija li nirbaħ dan it-trofew,” qal Alcaraz.
“Għamilt intervista meta kelli 11-il sena u għedt li l-ħolma tiegħi hi li nirbaħ Wimbledon.”
Denju fit-telfa, Djokovic feraħ lil Alcaraz u awguralu għall-futur.