Fit-tournament tat-tennis tan-nisa, seħħew żewġ sorpriżi meta l-Amerikana, Coco Gauff, u t-Taljana, Jasmine Paolini, sfaw eliminati mill-Kroata Donna Vekic u miċ-Ċeka, Anna Karolina Schmiedlova, rispettivament f’sets dritti.
Vekic rebħet 7-6 (9-7), 6-2 waqt li Schmiedlova, li dehret eżawrita minħabba s-sħana, rebħet fi tliet sets, 7-5, 3-6, 7-5.
F’logbiet oħra r-riżultati kienu: Angelique Kerber v Leylah Fernandez 6-4, 6-3; Barbora Krejcikova v Elina Svitolina 7-6 (7-5) 2-6 6-4; Qinwen Zhang v Emma Navarro 6-7 (7-9) 7-6 (7-4) 6-1; Marta Kostyuk v Maria Sakkari 4-6, 7-6 (7-5) 6-4; Danielle Collins v Camila Osorio 6-0 4-6, 6-3; Emma Raducanu v Elise Mertens 6-2 3-6 6-4.
Fil-kategorija tal-irġiel: Alexander Zverev v Tomas Machac 6-3 7-5; Taylor Fritz v Jack Draper 6-7 (3-7) 6-3 6-2; Felix Augur Aliassime v Maximilian Marterer 6-0 6-1; Lorenzo Musetti v Mariano Navone 7-6 (7-2) 6-3; Tommy Paul v Jakub Mensik 6-3 6-1; Alexei Popyrin v Stan Wawrika 6-4 7-5.