Sunday, November 8, 2026
Home Sport Tennis: Elena Rybakina tirtira mill-WTA Finals 2026

Tennis: Elena Rybakina tirtira mill-WTA Finals 2026

0
32

Elena Rybakina rtirat mill-WTA Finals tal-2026 minħabba marda virali u għalhekk mhux se tkun tista’ tiddefendi t-titlu li rebħet is-sena l-oħra f’Riyadh. 

It-tennista mill-Kazakhstran esprimiet id-diżappunt tagħha, iżda qalet li għandha bżonn tistrieħ u tirkupra biex tkun lesta għall-istaġun li ġej. 

Postha fil-kompetizzjoni ttieħed mill-Ukrena Marta Kostyuk, li se tagħmel id-debutt tagħha f’dan it-tournament. 

Rybakina kellha staġun mill-aqwa fl-2026, fejn rebħet erba’ titli, fosthom l-Open tal-Awstralja u l-Open tal-Istati Uniti. Hija kienet ukoll assigurat li ttemm is-sena fil-quċċata tar-ranking mondjali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here