Sunday, November 8, 2026
Home Sport Lionel Messi jirbaħ iż-Żarbun tad-Deheb għat-tieni darba nfila fl-MLS

Lionel Messi jirbaħ iż-Żarbun tad-Deheb għat-tieni darba nfila fl-MLS

0
37

Lionel Messi kiteb l-istorja fil-Major League Soccer (MLS) meta sar l-ewwel player li rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb f’żewġ staġuni konsekuttivi. 

L-attakkant ta’ Inter Miami temm l-istaġun 2026 b’26 goal fi 31 partita, erba’ aktar minn Petar Musa ta’ FC Dallas. 

Messi, li kien rebaħ dan l-unur ukoll fl-2025 b’29 goal, irreġistra wkoll 17-il assist, biex laħaq total ta’ 43 kontribuzzjoni diretta għall-goals. Mis-26 goal tiegħu, 25 waslu minn azzjoni u wieħed minn penalty. Barra minn hekk, skorja sitt goals li taw ir-rebħa lit-team tiegħu.

 Issa l-Arġentin qed jimmira li jirbaħ it-tielet unur konsekuttiv tal-MVP, wara li kien ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tal-MLS fl-2024 u fl-2025.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here