Saturday, February 1, 2025

Tentattivi biex isalvaw sewwieq li waqa’ f’ħofra fonda

Aqra wkoll

Ħaddiem taas-salvataġġ fil-Ġppun qed jitħabtu bis-sħiħ biex isalvaw sewwieq li waqa bit-trakk b’kollox f’ħofra (sinkhole) fonda wara li sfrundat it-triq qrib Tokyo. L-isforzi biex jiġi rkuprat ir-raġel twaqqfu temporanjament kmieni nhar l-Erbgħa wara li nħolqot ħofra oħra.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ qed  tiffaċċja wkoll problemi kawża ta’ tnixxijiet tal-ilma, pajpijiet tal-gass u art instabbli. 

Fil-jiem li għaddew, sewwieq ta’ 74 sena waqa’ bit-trakk f’din il-ħofra, li hija 10 metri wiesgħa u 10 metri fond, li tinsab f’intersezzjoni f’Yashio.

Il-missjoni ta’ salvataġġ ħadet urġenza ġdida nhar il-Ħamis fost rapporti li l-ilma kien qed jinfiltra fit-toqba. Ir-residenti li jgħixu sa 200 metru bogħod kellhom jevakwaw minħabba biża’ li pajp tal-gass taħt l-art saritlu ħsara.

It-tentattivi biex jiġi rkuprat ir-raġel, li għadu ma ġiex identifikat mill-midja Ġappuniża, twaqqfu temporanjament fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa wara li nħolqot it-tieni ħofra. Iż-żewġ ħofor issa ngħaqdu u ffurmaw vojt akbar fit-triq, hekk kif tentattivi ta’ salvataġġ daħlu fit-tielet jum tagħhom.

L-uffiċjali lokali jemmnu li l-ewwel kollass probabbilment kien ikkawżat minn pajp tad-drenaġġ imfarrak, u t-tieni minn tnixxija ta’ ilma tad-drenaġġ li kien rattab il-ħamrija tal-madwar. Rapporti fil-midja qalu li inizjalment ir-raġel seta’ jitkellem mal-ħaddiema tal-emerġenza ftit wara l-inċident, iżda ma weġibx meta l-pumpiera ċemplulu aktar tard fl-istess jum.

L-ilma beda jakkumula fil-ħofra minn nhar l-Erbgħa filgħodu, u diġa għola aktar mis-sit tas-sewwieq. 

Għadu mhux ċar meta l-pajp tad-drenaġġ se jiġi rranġat, filwaqt li l-ilma tad-drenaġġ qed jiġi diżinfettat bil-kloru qabel ma jinxteħet fix-xmara.

Uffiċjali jemmnu li l-ewwel toqba ffurmat minħabba korrużjoni fil-pajp tad-drenaġġ, twil 10 metri taħt l-art. Huma jissuspettaw li l-ħamrija u r-ramel imxew mal-ilmijiet fil-pajp, u ħolqu żona li waqgħet taħt il-piż tal-vetturi.

Ir-residenti evakwati ġew sfurzati jqattgħu l-lejl f’uffiċċju tal-gvern muniċipali u faċilitajiet oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport