Il-konfront ta’ Tottenham kontra Brighton nhar il-Ħadd jinsab f’riskju li jiġi pospost wara li t-tifqigħa tal-Covid fi ħdan l-iskwadra tagħhom eskalat.
Spurs intlaqtu b’mod sostanzjali minn da nil-virus meta seba’ players kienu ttestjati pożittivi għall-virus wara li għamlu t-test PCR.
Iżda issa s-sitwazzjoni marret għall-agħar b’aktar każijiet pożittivi – u issa Spurs huma lesti li jitolbu li l-partita tagħhom mill-Premier League barra mnn darhom kontra Brighton ta’ nhar il-Ħadd tiġi posposta.
Tottenham diġà qed iħejju biex jiffaċċjaw lil Rennes fil-UEFA Conference League nhar il-Ħamis filgħaxija, bil-UEFA tikkonferma li l-logħba xorta se tintlagħab kif skedat, iżda l-logħba tagħhom fl-AMEX Stadium tidher dubjuża.
It-tifqigħa tiġi bħala daqqa ta’ ħarta kbira għall-manager ta’ Spurs Antonio Conte, li t-team tiegħu rebaħ l-aħħar tliet logħbiet suċċessivi u jinsab ħerqan li jżomm il-momentum għaddej.
Spurs diġà għandhom logħba f’idejhom x’jilagħbu wara li l-konfront tagħhom kontra Burnley ġie mħassar minħabba temp ħażin u Conte se jkun frustrat li jitlef ċans ieħor li jnaqqas id-distakk minn mal-ewwel erbgħa – anke mingħajr numru ta’ players ewlenin.