Sunday, December 22, 2024

Teun Koopmeiners fir-radar ta’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus għadhom ifittxu plejer f’nofs il-grawnd u l-għażla tidher li se tmur fuq Teun Koopmeiners ta’ Atalanta. Dan tal-aħħar jiswa €40 miljun u jista’ jkun ta’ għajnuna kbira għall-kowċ Massimiliano Allegri li għandu lil Nicolo Fagioli u Paul Pgoba li huma sospiżi.

Koopmeiners hu plejer ta’ nazzjonalita’ Olandiża fejn lagħab 20 darba għal pajjiżu u skorja żewġ gowls. Hu lagħab ukoll ma’ AZ Alkmaar filwaqt li ngħaqad ma’ Atalanta fis-sena 2021 fejn skorja 17-il gowl fi 80 logħba.

Ekonomija

Sport