Monday, October 14, 2024

Tewmin ta’ erbat ijiem jinqatlu f’Gaża minn attakk mill-ajru Iżraeljan

Aqra wkoll

Tewmin ta’ erbat ijiem inqatlu f’attakk mill-ajru Iżraeljan f’Gaza. Dan waqt li missierhom mar jirreġistra t-twelid tagħhom. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata mill-awtoritajiet tal-pajjiż qal, hekk kif l-Iżrael kompla bil-bumbardamenti.

Missier it-tewmin, Mohamed Abuel-Qomasam spjega kif martu li jismha Joumana Arafa u taħdem bħala spiżjara, kienet welldet ċesarja erbat ijiem qabel. Intant nhar it-Tlieta, waqt li huwa kien qed jirreġistra t-twelid ta’ uliedu f’uffiċċju tal-gvern lokali, ċemplulu xi ġirien u qalulu li seħħ attakk fid-dar fejn joqgħod f’Deir al-Balah.

L-istess attakk li fih mietu ż-żewġt itrabi tat-twelid, Asser u Ayssel, mietet ukoll ommhom u nannithom. Missier it-tewmin qal li hu u martu kienu obdew mal-ordnijiet mogħtija lilhom mill-armata u għalhekk fil-ġimgħat tal-bidu tal-gwerra fittxew kenn fiċ-ċentru ta’ Gaża.

Sport