Sunday, December 22, 2024

Tfajla nqatlet mill-qraba tagħha għax żifnet ma’ żagħżugħ

Aqra wkoll

Tradizzjonijiet li jmorru lura sekli sħaħ, partikularment dawk meqjusa ta’ valur reliġjuż jew kulturali għadhom ħajjin u applikati b’ċertu qilla fost tribujiet remoti fil-Pakistan fejn għadhom jemmnu fil-‘qtil tal-unur’. Dawn id-delitti jikkontradixxu u jmorru kontra d-drittijiet u l-libertajiet universali tal-bniedem.

Skont dawn it-tradizzjonijiet, tfajla ta’ 18-il sena allegatament inqatlet minn membri tal-familja tagħha stess talli dehret tiżfen ma’ żagħżugħ f’filmat virali fuq il-midja soċjali. Il-qtil tagħha twettaq wara li anzjani tar-raħal ikkundannawha għall-mewt.

Inbdiet investigazzjoni dwar il-‘qtil tal-unur’ apparenti, li seħħ nhar il-Ħadd li għadda fir-raħal ta’ Barsharyal li jinsab fid-distrett ta’ Kolai-Palas tar-reġjun ta’ Khyber Pakhtunkhwa fil-Pakistan.

Kunsill tribali ta’ anzjani magħruf bħala jirga, li jsolvi t-tilwim skont tradizzjonijiet ta’ mijiet ta’ snin jingħad li ordna l-qtil tat-tfajla, maħsuba li għandha 18-il sena.
Tfajla oħra li dehret fl-istes filmat kienet ukoll ikkundannata għall-mewt iżda ġiet salvata fil-pront mill-pulizija u reġgħet ingħaqdet mal-familja tagħha.

Il-Pulizija nidiet investigazzjoni biex tintraċċa lil dawk li qatlu lit-tfajla jew li taw parir biex jisejjaħ il-jirga u jikkundannawa għall-mewt. Qed ukoll isiru rejds biex jinstabu u jiġu arrestati membri li jiffurmaw il-jirga. Qraba rġiel tat-tfajla li li nqatlet huwa maħsub li huma involuti.

Żewġt aħwa nqatlu s-sena l-oħra allegatament minn qraba tagħħabba li ma ridux jibqgħu miżżewġin lill-kuġini tagħhom, li huma ġew sfurzati jiżżewġu.
Is-sena l-oħra, qorti tal-appell illiberat lil ħu l-istilla tal-midja soċjali Qandeel Baloch mill-akkużi ta’ qtil tagħha fl-2016.

Fir-Renju Unit, raġel intbagħat il-ħabs għal għomru aktar kmieni din is-sena talli qatel in-neputija tiegħu fid-dar tagħha fi Bradford wara li hija rrifjutat żwieġ irranġat.

Somaiya Begum ta’ 20 sena, kienet soġġetta għal attakk trawmatiku b’oġġett tal-metall qabel ma ġisimha kien mormi f’miżbla u kien skopert 11-il jum wara.

Ekonomija

Sport