Friday, December 13, 2024

“Tfajla ta’ ispirazzjoni kbira”… Jirnexxielha tikteb fuq karta għall-ewwel darba mill-2013

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Forsi għal ħafna minnha l-fatt li nistgħu niktbu fuq karta niħduha bħala xi ħaġa ovja u li ftit naħsbu fuqha, iżda għal tfajla partikolari dan il-fatt kien avveniment ferm speċjali.

Fl-aħħar sigħat it-tfajla Raisa Falzon ippubblikat kemm tinsab kuntenta li rnexxielha tikteb fuq karta għall-ewwel darba minn Marzu tal-2013. “Hand writing tat-tiġieġ imma vera kuntenta li fuq karta rnexxieli nikteb ukoll,” qalet Raisa filwaqt li żiedet tgħid li dan il-fatt ifisser ħafna għaliha.

Raisa hija tfajla b’determinazzjoni kbira għax minkejja d-diżabilità tagħha xorta tibqa’ tagħmel l-almu tagħha u tistinka biex timxi ‘l quddiem minkejja t-tbatijiet li l-ħajja taf toffri.

Għal dawk in-nies ġenwini li segwew l-istorja tagħha jiftakru dwar il-fatt meta fl-2013 hija kienet spiċċat f’koma kawża ta’ emoralġija tal-moħħ iżda rnexxielha toħroġ minnha wara disa’ xhur. Minkejja kollox, hija xorta baqgħet toffri tama lil ħaddiehor u tara kif tagħmel biex tnissel tbissima lin-nies.

Hekk kif qasmet il-fatt li rnexxielha tikteb fuq karta wara tant snin, għadd kbir ta’ nies qalu li kienet xi ħaġa impressjonanti u ddeskrivewha bħala tassew tfajla ta’ ispirazzjoni kbira għal ħafna. Bosta kienu dawk li qalulha biex ma taqta’ qalbha qatt minkejja li sfortunatament mhux l-ewwel darba li kellha taffronta kummenti dispreġġjattivi fil-konfront tagħha minħabba d-diżabilità tagħha. 

Ekonomija

Sport