Monday, November 4, 2024

Tfalja salvata wara li bagħtet messaġġ lill-awtoritajiet hekk kif ġiet traffikata lejn il-Kalifornja

Aqra wkoll

L-awtoritajiet f’Kalifornja salvaw tfajla ta’ 17-il sena, wara li xahrejn ilu ġiet traffikata mill-Messiku għall-Kalifornja stess. Dan kien possibli biss, hekk kif it-tfajla nnifsha baghtet messaġġ fuq in-numru 911 li kellha bżonn l-għajnuna.

Uffiċjali tal-Pulizija f’Kalifornja wkoll, spejgaw kif fid-9 ta’ Mejju, irċivew messaġġi mit-tfjala li kellha bżonn l-għajnuna. Ingħad li l-messaġġi oriġinarjament l-ewwel intbagħu bl-Ispanjol u li intbagħt messaġġ bl-Ingliż ftit tal-ħin wara.

Fil-messaġġi, it-tfajla spjegat li ma kinitx taf fejn kienu hi u li fejn kienet ma setgħet tiddeskrivi xejn. Wara tfttxja li damet għal madwar għoxrin minuta, l-awtoritajiet irnexxielhom jsibu t-tfajla qawwija u sħiħa.

Is-suspettat ewlieni b’rabta ma’ dan il-każ, ġie identifikat bħala Gerardo Cruz ta’ 31 sena mill-Messiku. Ġe rrapurtat li huwa qed jinżamm arrestat u li ġie ordnat b’garanzija personali ta’ $500,000.

Sport