Friday, December 27, 2024

Tfittxija għal surfer Awstraljan li kien attakkat minn kelb il-baħar

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Awstraljani fittxew għall-fdalitajiet ta’ raġel ta’ 55 sena li kien qiegħed jagħmel “surfing”, wara li persuna allegatament rah jiġi attakkat min kelb il-baħar. 

Il-pulizija iżda qalet li sa issa ma kien hemm l-ebda traċċa tal-vittma minn meta seħħ dan l-allegat każ it-Tlieta filgħodu qrib il-bajja popolari għas-surfing ta’ Granites fin-Nofsinhar tal-Awstralja. 

“Il-katavru tar-raġel għad irid jinstab u t-tfittxija reġgħet bdiet kmieni dalgħodu”, qalet il-pulizija fi stqarrija. Ian Brophy, surfer ieħor ta’ 70 sena li kien fuq il-post meta seħħ l-attakk, qal li meta kien nieżel jgħum sema’ lil xi ħadd jgħajjat li kien hemm kelb il-baħar.

“Meta ħarist lura, rajt kelb il-baħar imur u jigdem lil dan ir-raġel,” huwa qal mal-gazzetta The Advertiser. Wara huwa qal li r-ra d-dmija ma’ kullimkien u l-bord li kien qed juża dan ir-raġel titla’ f’wiċċ il-baħar. Iddeskriva din ix-xena bħala waħda pjuttost “makabra”. 

Jeff Schmucker, residenti lokali, tkellem max-xandar lokali ABC li uża l-jet ski tiegħu biex jgħin lis-servizzi ta’ emerġenza jfittxu lis-surfer. Schmucker qal li mar fl-inħawi tal-attakk u seta’ jinnota kelb il-baħar abjad kbir – iżda ma setax ikun ċert jekk kienx l-istess kelb il-baħar li wettaq l-attakk. 

Ekonomija

Sport