Wednesday, October 9, 2024

Tfittxija għal tarbija ta’ ħames ġimgħat f’Texas

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija fl-Istati Uniti għaddejjin b’mod iddisprat ifittxu tarbija tat-twelid. Din it-tarbija għandha bisss ħames ġimgħat. It-tarbija ilha nieqsa jumejn.

Il-Pulizija ħarġu avviżi fil-pubbliku bl-għan li tinstab it-tarbija Armaidre Aguman.  Qed jingħad li t-tarbija inħatfet minn missierha f’Texas.

It-tarbija l-aħħar li dehret kien f’xi ħin wara nofsinhar fit-trakk tat-tip Green Ford misjuq mill-missier. It-trakk jidher li kien qed jinstaq lejn id-direzzjoni tal-belt żgħira ta’ Lufkin.

Fit-tfittxija il-Pulizija irnexxielhom isibu it-trakk imma t-tarbija ma instabitx. Filfatt il-Pulizija iddikjarat li “t-tarbija ma instabitx. Qed nitkellmu mal-persuna li hu mifhum lil kienet l-aħħar mat-tarbija”.  Qed tiġi offruta flus sostanzjali għal min jagħti informazzjoni dwar l-aħħar movimenti tat-tarbija.

Sport