Thane Micallef magħżul l-Aqwa Kowċ tal-Malta Premier waqt l-MFCA Awards 2026

0
1

Thane Micallef ta’ Valletta FC rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ tal-Malta Premier hekk kif ġiet organizzata b’suċċess il-ħames edizzjoni tal-MFCA Awards f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema u fejn il-Malta Football Coaches Association tat ġieh lill-aqwa kowċis, plejers u timijiet li spikkaw matul l-istaġun 2025/2026. Is-serata, li attendew għaliha personalitajiet mill-qasam sportiv u rappreżentanti tal-klabbs, rat ukoll rekord ta’ 26 premju li tqassmu lil dawk il-kowċis li ħallew l-akbar impatt fil-futbol Malti.

Valletta kellhom ukoll lejla pożittiva hekk kif rebħu wkoll il-premju għall-Aqwa Tim tas-Sena wara li fl-istaġun li għadda rebħu l-FA Trophy kif ukoll il-Jubilee Cup.

Federico Varela ġie vvutat bħala l-Aqwa Plejer tas-Sena tal-irġiel filwaqt li fil-kategorija tan-nisa, Yulya Carella rebħet il-premju tal-Aqwa Plejer tas-Sena, bħala rikonoxximent għall-wirjiet eċċellenti tagħha matul l-istaġun. Dawn kienu fost il-premjijiet ewlenin ta’ serata li kompliet tikkonferma l-importanza tal-ħidma tal-kowċis u tal-protagonisti kollha fil-futbol lokali.

Ir-rebbieħa kollha tal-MFCA Awards 2026

  • Taħt il-15-il Sena – Romao Romeu Pericles
  • Taħt is-17-il Sena – Matthew Griscti
  • BOV Youth Leagues – Kurt Baldacchino
  • It-Tieni Diviżjoni Għawdex – Alexandar Simoncic
  • L-Ewwel Diviżjoni Għawdex – Daniel Bogdanovic
  • Head Coach tan-Nursery – Etienne Vella
  • BOV National Amateur League 2 – Bruno Menezes
  • BOV National Amateur League 1 – Daniel Agius
  • Goalkeepers’ Coach – Alex Camilleri
  • Women’s League – Ryan Vella
  • L-Aqwa Plejer tan-Nisa – Yulya Carella
  • L-Aqwa Tim tas-Sena – Valletta FC
  • L-Aqwa Plejer tas-Sena – Federico Varela
  • L-Aqwa Kowċ tal-BOV Challenge League – Andrew Cohen
  • L-Aqwa Kowċ tal-Malta Premier League – Thane Micallef
  • President’s Award – Dr Joe Mifsud.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here