Wednesday, March 27, 2024

Tħassib dwar l-imxija tal-Covid-19 fi Franza wara rekord ta’ każi ġodda f’jum wieħed sa mill-bidu tal-pandemija

Aqra wkoll

Bosta huma dawk li qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar l-imxija tal-coronavirus fi Franza, wara li nhar is-Sibt li għadda Franza rrapportat rekord ta’ każi mindu bdit il-pandemija. Filfatt fuq medda ta’ 24 siegħa kienu rrapportati 13,498 każ ġdid ta’ Covid-19.

Il-każi l-ġodda wasslu biex it-total kumplessiv tal-każi issa jammontaw għal 452,763 każ, b’medja ta’ aktar minn 9,700 każ kuljum matul dawn l-aħħar sebat ijiem meta pparagunat mal-272 każ medju kuljum li kienu qed jiġu rreġistrati lejn l-aħħar ta’ Mejju.

Epidemjoloġisti qed jattribwixxu ż-żieda esponenzjali fin-numru tal-każi għal żieda sinjifikanti fin-numru ta’ testijiet li qed isiru mill-Gvern mindu dan sar b’xejn għall-pubbliku, u firxa aktar mgħaġġla tal-virus fost il-komunità.

L-awtoritajiet tas-saħħa nhar il-Ġimgħa rrapportaw żieda kbira fin-numru ta’ vittmi li mietu kaġun tal-Covid-19 wara li nstabu numru ta’ każi li ma kinux rapportati fi sptar viċin Pariġi.

Ekonomija

Sport