Wednesday, March 27, 2024

Theżżiża qawwija taħsad lil bosta … Il-Protezzjoni Ċivili tikkonferma

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin bosta kienu dawk li nħasdu b’theżżiża kbira li ħakmet diversi lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin. Għall-ħabta tat-3:00 a.m theżżiża li ħakmet il-baħar mediterran ħalliet l-effett tagħha fuq diversi lokalitajiet.

Skont il-qari ta’ dawn it-theżżiżiet maħruġ mill-Università ta’ Malta jidher li t-theżżiża kellha saħħa ta’ madwar 4.5 fuq l-iskala richter. Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta kkonfermat t-theżżiża.

Intant fil-midja soċjali spikkaw diversi kummenti ta’ persuni li qamu maħsudin, b’uħud jikkonfermaw dwar il-biża’ li ħassew minħabba s-saħħa tal-istess theżżiża.

https://www.facebook.com/CivilProtectionMalta/posts/3801458209865712
Ekonomija

Sport