Sunday, December 29, 2024

Thomas Casha jirbaħ il-ħames edizzjoni tal-festival Kantamagħna

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar, ġewwa t-Teatru Astra ttellgħet il-ħames edizzjoni tal-festival Kantamagħna – festival għal kantanti bejn l-10 u l-35 sena organizzat minn DCapitals Big Band. Fil-festival ipparteċipaw 24 kantant/a li kienu mqassma fi tliet kategoriji skont l-età tagħhom.

Thomas Casha ġie magħżul mill-membri tal-ġurija bħala r-rebbieħ overall tal-festival. Huwa interpreta l-kanzunetta ‘Bla Tarf u ntagħżel ukoll bħala r-rebbieħ ta’ Kategorija A. Huwa l-iżgħar rebbieħ f’dawn l-ewwel ħames edizzjonijiet ta’ dan il-festival. Ir-rebbieħa u runners-up kollha kienu dawn:

Distinct Talent Award: Faith Buttigieg

Rebbieħ Kategorija A (10-13-il sena): Thomas Casha

Runner-up Kategorija A: Kristy Said

Rebbieħa Kategorija B (14-17-il sena): Krista Sujak

Runner-up Kategorija B: Kylie Micallef

Rebbieħa Kategorija Ċ (18-35 sena): Cherylis

Runner-up Kategorija Ċ: Nicole Hammett

Rebbieħa tal-Festival: Thomas Casha

Il-kantanti kollha kienu akkumpanjati live minn DCapitals Big Band taħt id-direzzjoni tas-surmast George Apap. Il-festival ġie ppreżentat minn Keane Cutajar. Kantamagħna ġie mtella’ bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex; il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria; Distinct Homes Ltd u SISU Tours.

Ekonomija

Sport