Friday, November 22, 2024

Tibda il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Lilu l-King mixli li sawwat raġel

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-Libjan Mohamed Ali Ahmed Elmushrati, magħruf bħala Lilu King, mixli li sawwat raġel ieħor fix-xatt ta’ Tas-Sliema.

Fil-bidu tas-seduta, id-Difiża mmexxija mill-Avukati Josè Herrera u Franco Debono argumentat li l-klijent tagħha huwa l-vittma u mhux l-agressur, minħabba li dan spiċċa misruq.

Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat mal-argument li qalet id-Difiża, bir-raġuni li minn filmati tac-CCTV li kien hemm fl-inħawi, allegatament Elmushrati deher qiegħed jaggħti daqqiet, iddiskrevuti mill-Ispettur Eman Hayman bħala daqqiet tal-boxing. L-Ispettur Hayman żied jgħid li l-aġir ta’ Lilu l-King ma kienx meqjus bħala ‘self defence’.

Fis-seduta li għaddiet, id-Difiża kienet għamlet talba sabiex il-vittma u l-akkużat jiġu eżaminati minn espert mediku. Mill-eżami illi sar minn Dr Edward Cherubino, irriżulta li l-vittma kien qed isofri minn ġrieħi gravi, fosthom ksur fil-kustilji u f’saqajh waqt li l-Lilu King kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża u ddikjarat l-arrest validu waqt li laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni għal bidla fl-akkużi fil-konfront tal-Lilu King.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport