Friday, April 19, 2024

Tifel ta’ sitt snin isalva lil oħtu wara li għamel għaliha kelb … spiċċa b’90 punt f’wiċċu

Aqra wkoll

Tifel ta’ sitt snin li jgħixu flimkien mal-familja tiegħu f’Wyoming fl-Istati Uniti, ġibed l-ammirazzjoni ta’ ħafna nies u dan hekk kif qabeż għal oħtu li kienet se tiġi attakkata minn kelb. Oħtu hi iżgħar minnu.

It-tifel Bridger Walker, indaħal meta hu beda jara lil-kelb kien se jattakka lil oħtu. Hu kien pront qabad lil oħtu minn idejha u warrab għal distanza aktar sigura.

Hu spiċċa attakkat mill-kelb u sofra ġrieħi gravi f’wiċċu, tant li kellhom isirulu xejn inqas minn 90 punt.  Bridger ikkummenta li “jien deherli li jekk kien hemm xi ħadd li kellu jmut minn dan l-attakk kellu jkun jien”. Iz-zija tiegħu tiegħu, Nicole Walker, tellgħet ir-ritratti tal-ġrieħi f’wiċċ it-tifel fuq instagram.

Sport