Saturday, December 28, 2024

Tifla tilfet għajn waħda wara li vape sploda u laqatha f’wiċċha

Aqra wkoll

Tifla ta’ seba’ snin li kienet għaddejja minn ħdejn ħuġġieġa  mixgħula minn żgħażagħ fl-inħawi tilfet għajnha l-leminija meta batterija li kienet fil-fjammi splodiet u laqtitha f’wiċċha. It-tifla, Ruby Grainger, kienet għadha kif xtrat ġelat minn vann ipparkjat ħdejn id-dar tagħha fis-subborg ta’ Tallaght f’Dublin meta seħħ l-inċident.

Hija kienet miexja lejn il-vann u meta kienet sejra lura d-dar xi ħaġa splodiet f’wiċċha. Ruby ttieħed b’urġenza l-Isptar Tallaght b’ambulanza u dak il-lejl stess ġiet trasferita fir-Royal Victoria Eye and Ear Hospital.

Il-familja tagħha qalu li t-tobba neħħewlha għajnha waqt operazzjoni ta’ emerġenza. Skont, it-tobba dan huwa l-ewwel każ ta’ dan it-tip ta’ korriment u għalkemm qabel ikkuraw ġrieħi minn splużjonijiet qatt imma ma raw każi ta’ telfien ta’ għajn.

Omm Ruby, li għandha tlett itfal oħra qalet li t-tobba jemmnu li l-ħsara f’għajn bintha kienet ikkawżata mill-aċidu tal-batterija peress li ‘il-boċċa tal-għajn kienet qisha patata maxx’.

Wara l-inċident, membru tal-familja ċċekkja fejn kien in-nar, u skopra fdalijiet ta’ diversi vapes maħruqa, u kkonfermaw is-suspetti tagħhom.

It-tobba jittamaw li s-sokit tal-għajnejn ta’ Ruby tkun fieqet biżżejjed f’sitt ġimgħat, sabiex issirilha operazzjoni oħra biex titneħħielha l-għajn milquta. Għal dan il-għan ġie mniedi ġbir ta fondi għall-vittma, li se jkollu għajn prostetika mwaħħla.

Għal xi ħadd daqshekk żgħir, hija jkollha tgħaddi minn numru ta’ bidliet f’ħajjitha minħabba dak li ġara, fosthom li jkollha tiġi trasferita fi skola speċjalizzata għal tfal neqsin mid-dawl.

Ommha qalet li Ruby qatt mhu se tkun tista’ terġa’ tmur tilgħab bħalma kienet, u issa trid titgħallem ukoll tibbilanċja mill-ġdid minħabba li hija għamja minn banda waħda. 

Ekonomija

Sport