Sunday, December 22, 2024

TIĠDID FIL-PARTIT LABURISTA

Aqra wkoll

Partit politiku li verament jemmen li huwa organizzazzjoni dinamika, ma jistax, minn żmien għal żmien, ma jgħaddix minn proċessi ta’ aġġornament jekk irid jibqa’ jkun rilevanti u jkun imħejji tajjeb għall-isfidi tar-realtajiet li jista’
jaffaċċja.

Aktar u aktar jekk f’dawk il-mumenti, il-partit ikun fdat bit-tmexxija tal-pajjiż.
Għax kif jgħidu, min ma jbiddilx iqammel. Kull tiġdid jew tibdil ma jfissirx iżda li dak li jkun saru qabel għandu jitneħħa jew li kull min kien xi kariga għandu jitwarrab.

Xejn minn dan. Anzi nemmnu li l-esperjenza għandha titwaħħad mal-enerġija ġdida u friska u li dak li jkun sar tajjeb fl-imgħoddi għandu jkompli jinbena fuqu. Il-Partit Laburista, minkejja li issa ilu 11-il sena fil-gvern, kien u għadu partit b’saħħtu li għad għandu bażi soda fost iċ-ċittadini Maltin.

Kieku ma kienx hekk ma kienx jirbaħ b’mod sinifikanti kull elezzjoni mill-2013 ’l hawn. Dan seta’ jagħmlu għaliex kompla jwieġeb għax-xewqat u l-aspirazzjonijiet
tal-poplu Malti kollu kemm hu.

Minkejja dawn is-suċċessi fittmexxija tal-pajjiż, il-Partit Laburista issa se jgħaddi minn fażi oħra ta’ aġġornament fejn iridu jiġu magħżula u eletti l-uffiċjali għaż-żmien li ġej. Għalhekk, dan il-proċess ta’ tiġdid mhux biss huwa importanti imma wkoll kruċjali.

Importanti biex jiġbed lejh demm ġdid b’ideat friski u kruċjali biex kulħadd jinġieb flimkien f’għan wieħed f’ħidma kollettiva li tkun ta’ ġid mhux biss għall-partit imma wkoll għall-pajjiż kollu. Id-deċiżjonijiet li d-delegati talpartit se jaslu għalihom fiż-żmien li ġej, għandhom ifasslu r-rotta li l-partit Laburista jrid jieħu fil-futur qarib u li għandha twassal għallelezzjoni ġenerali li jmiss sentejn u
nofs oħra.

F’dawn ir-realtajiet, huwa meħtieġ li l-partit ikompli jagħti widen għal dak kollu li jgħidu u jixtiequ nnies anki jekk ir-realtajiet tagħhom huma diversi u differenti minn xulxin. Wara kollox il-Partit Laburista twieled bħala partit tan-nies u għan-nies.

Huwa propju għalhekk li jrid jibqa’ jkun l-għażla naturali tannies li jixtiequ Malta li tkompli tinbidel dejjem għall-aħjar. Din il-ħidma kollettiva iżda trid issir mingħajr ma jkunu abbandunati l-prinċipji li l-partit dejjem kiber fihom u emmen fihom u ispirawh.

Prinċipji li fuq quddiem nett ipoġġu lil dawk li l-inqas li jifilħu fis-soċjet. Għalhekk il-Partit Laburista huwa moviment soċjalista. U bir-raġun

Ekonomija

Sport