Sunday, December 22, 2024

Tinbeda investigazzjoni dwar omiċidju involontarju b’rabta mal-għarqa tal-Bayesian

F'dan l-istadju ma ġie identifikat l-ebda suspettat

Aqra wkoll

F’konferenza stampa fi Sqallija li fiha tkellmu diversi uffiċjali, l-awtoritajiet qasmu dettalji ġodda dwar il-għarqa ta’ superyacht.

Huma qed jinvestigaw l-inċident bħala possibbli reat ta’ għarqa intenzjonata u omiċidju involontarju. Madanakollu f’dan l-istadju ħadd mhu qiegħed jiġi meqjus bħala suspettat.

Sitt vittmi ġew ikkonfermati, inkluż il-kok tal-jott u l-imprenditur teknoloġiku Mike Lynch flimkien ma’ bintu. Dan hekk kif l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-aħħar katavru nieqes li nstab nhar il-Ġimgħa kien ta’ Hannah Lynch, ta’ 18-il sena, bint Mike Lynch.

Il-vittmi ppruvaw isibu rifuġju fuq in-naħa tax-xellug tal-jott fejn jidher li kien għad fadal l-aħħar pockets tal-arja. L-investigaturi qed jinvestigaw għaliex l-ekwipaġġ baqa’ ħaj iżda l-passiġġieri le. 

Jidher li l-jott għereq minħabba ‘downburst’,  avveniment qawwi tar-riħ, aktar milli tromba kbira tal-arja. 

F’dan l-istadju l-kaptan u l-ekwipaġġ mhumiex obbligati li jibqgħu fl-Italja waqt l-investigazzjoni.

Ekonomija

Sport